07/09/2026
📢PRESS RELEASE
Is-Siġġiewi jiċċelebra l-wirt agrikolu tiegħu
Festa Għeneb 2026
L-iktar lokalità li tipproduċi għeneb f’Malta, b’iktar minn 530,000 metru kwadru ta’ dwieli, qed terġa’ torganizza avveniment tant mistenni li jiċċelebra l-produzzjoni ta’ din il-frotta u l-prodotti li joħorġu minnha. Matul is-snin, l-art għammiela tas-Siġġiewi u l-idejn beżlin tas-Siġġiwin għaġġnu din it-tradizzjoni qawwija ta’ dwieli, għeneb u inbid f’dan ir-raħal. U għaldaqstant, dawn il-bdiewa u produtturi tal-għeneb u l-inbid se jingħaqqdu sewwasew fi Pjazza San Nikola sabiex jesebixxu l-prodott tagħhom nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru filgħaxija.
Il-pubbliku Malti flimkien mat-turist li jżur pajjiżna se jkun jista’ jduq l-għeneb li jiġi kultivat f’pajjiżna; kemm dak ta’ razez indiġeni kif ukoll dawk barranin. Ma jistgħax jonqos li s-Siġġiewi jiċċelebra wkoll l-inbid li b’tant sengħa jiġi produċut anke fir-raħal stess. Se tkun lejla ta’ tradizzjoni Maltija fejn wieħed jista’ jsib ikel tradizzjonali Malti, inbid Malti, kompetizzjoni tal-inbid, wirja ta’ għodod agrikoli u karozzi klassiċi, żona għat-tfal, żona ta’ folklor u spettaklu ta’ kant u żfin fost l-oħrajn. Fi spirtu umoristiku, se jkun hemm sessjonijiet Fil-Kċina mas-Sindku, fejn is-Sindku se jkun qed jipprepara diversi platti ma’ persuni prominenti fis-Siġġiewi. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, se jkun hemm żona ta’ degustazzjoni tal-inbid fejn wieħed jista’ iduq diversi tipi ta’ inbid magħmulin minn produtturi ewlenin f’Malta. Fi spirtu ta’ inklużjoni, se jkun hemm Quiet Room fiċ-Ċentru Ċiviku għal dawk it-tfal li jinsabu fuq l-ispettru tan-newrodiverġenza.
Din l-attivita’ qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi b’appoġġ tas-Diviżjoni għall-Gvern Lokali u tar-Reġjun Punent. Id-dħul minn din l-attività se jmur b’risq id-Dar tal-Providenza.
Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-inbid jistgħu jirreġistraw fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi. Din hi kompetizzjoni għal dawk li jipproduċu inbid fi kwantitatjiet żgħar fid-djar tagħhom.
Għal iktar informazzjoni segwu l-paġna https://www.facebook.com/festagheneb
Siġġiewi Celebrates Its Agricultural Roots:
Festa Għeneb 2026
SIĠĠIEWI, MALTA — With more than 530,000 square meters of thriving vineyards, Siġġiewi proudly stands as Malta’s grape-growing capital. This year, the village is once again rolling out the red carpet for its most anticipated community celebration: Festa Għeneb 2026.
Over generations, Siġġiewi’s fertile soil and the dedication of its farmers have turned grape cultivation and winemaking into a cornerstone of local identity. On Saturday evening, September 12, local farmers and artisans will take over St. Nicholas Square (Pjazza San Nikola) to showcase the very best of their harvest.
Locals and visitors alike will have the chance to sample an array of Malta-grown grape varieties, from time-honored indigenous breeds to popular international varieties. Naturally, the spotlight will shine brightly on locally crafted wines produced right in the village.
The evening features a packed festival lineup:
• Wine Tasting Area: Back by popular demand after last year's standout success, offering curated pours from Malta’s leading vintners.
• Amateur Wine Competition: A spotlight on local talent for passionate home winemakers (registration open at the Siġġiewi Civic Centre).
• "Cooking with the Mayor": Lighthearted live cooking sessions pairing the Mayor with prominent village personalities.
• Maltese Heritage & Culture: Traditional local food, vintage agricultural tool displays, classic car exhibits, and live folk music and dance performances.
• Family-Friendly Spaces: A dedicated kids' area, alongside an inclusive Quiet Room inside the Civic Centre tailored for neurodivergent children.
Organized by the Siġġiewi Local Council with the support of the Local Government Division and the Western Region, the festival also gives back to the community: all proceeds raised throughout the night will directly support Id-Dar tal-Providenza.
For updates, full schedules, and event details, follow the official page: facebook.com/festagheneb.
Is-Sibt 12 ta' Settembru 2026 mis-6.00pm 'l quddiem fi Pjazza San Nikola, Is-Siġġiewi 🍇 Din l-attivita’ ser issir bl-appoġġ finanzjarju tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, ir-Reġjun Punent u l-MTA.