Wirt Iż-Żejtun

Directions Website Contact the establishment

Wirt Iż-Żejtun Wirt iż-Żejtun hija għaqda volontarja li qed taħdem sa biex jitkattar l-apprezzament tal-wirt kulturali u storiku taż-Żejtun.

Wirt iż-Żejtun ser terġa tieħu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u din is-sena b'offerta ta' prezzijiet fuq il-kot...
02/11/2026

Wirt iż-Żejtun ser terġa tieħu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u din is-sena b'offerta ta' prezzijiet fuq il-kotba ippubblikati mill-għaqda li qatt ma kellna bħala. Kull ktieb ser jinbiegħ bi prezz speċjali ta' €5. Narawkom.
------------------------------------------------------------------------
Wirt iż-Żejtun will once again be participating in the National Book Festival, and this year featuring an unprecedented price offer on books published by the organization. Every book will be sold at a special price of €5. See you there.

Dalgħodu organizzajna mixja fir-Raħal t'Isfel u Ħajt il-Wied għar-Ramblers Association.This morning we have organised a ...
01/11/2026

Dalgħodu organizzajna mixja fir-Raħal t'Isfel u Ħajt il-Wied għar-Ramblers Association.

This morning we have organised a walk for the Ramblers Association, through ir-Raħal t'Isfel and Ħajt il-Wied.

30/10/2026

Wirt iż-Żejtun ser terġa tieħu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u din is-sena b'offerta ta' prezzijiet fuq il-kotba ippubblikati mill-għaqda li qatt ma kellna bħala. Kull ktieb ser jinbiegħ bi prezz speċjali ta' €5. Narawkom.
------------------------------------------------------------------------
Wirt iż-Żejtun will once again be participating in the National Book Festival, and this year featuring an unprecedented price offer on books published by the organization. Every book will be sold at a special price of €5. See you there

Wirt iż-Żejtun ser terġa tieħu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Dan il-ktieb ser jingħata lil kull min jissieħeb ...
28/10/2026

Wirt iż-Żejtun ser terġa tieħu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Dan il-ktieb ser jingħata lil kull min jissieħeb membru ma' Wirt iż-Żejtun u jħallas il-miżata għal sentejn. Narawkom.
------------------------------------------------------------------------
Wirt iż-Żejtun will once again be participating in the National Book Festival. This book will be given to everyone who joins as a member of Wirt iż-Żejtun and pays the membership fee for two years. See you there.

Din l-istruttura dalwaqt tagħlaq sentejn f'dan l-istat u l-biża tagħna hija li jekk mhux ser tiġi irrestawrata immedjata...
27/10/2026

Din l-istruttura dalwaqt tagħlaq sentejn f'dan l-istat u l-biża tagħna hija li jekk mhux ser tiġi irrestawrata immedjatament din tista' tikkrolla bil-maltemp matul ix-xitwa li ġejja.

Aħna nemmnu li din hija struttura interessanti ħafna u parti mill-wirt arkitettoniku taż-Żejtun u għandu jsir kull sforz sabiex tiġi irresstawrata mingħajr ma titħalla taqa' jew tinħatt.

Huwa għalhekk li fil-jiem li għaddew tlabna formalment lis-Superintendent għall-Wirt Storiku (SCH) sabiex juża l-poteri li tagħtih il-liġi u joħroġ Ordni ta' Emerġenza għall-Konservazzjoni.

_______________________________________________________________________

This structure will soon have been in this state for two years, and our fear is that if it is not restored immediately, it could collapse during the storms of the coming winter.

We believe that this is a very interesting structure and part of Żejtun's architectural heritage, and every effort should be made to restore it without letting it fall or be demolished.

This is why, in recent days, we formally requested the Superintendent of Cultural Heritage (SCH) to use the powers granted to them by law and issue an Emergency Conservation Order.

Nirringrazzjaw minn qalbna lil kull min ġie jżurna u xtara xi ktieb mingħandna waqt Żejt iż-Żejtun! ❤️Għal dawk li ma se...
25/10/2026

Nirringrazzjaw minn qalbna lil kull min ġie jżurna u xtara xi ktieb mingħandna waqt Żejt iż-Żejtun! ❤️
Għal dawk li ma setgħux jiltaqgħu magħna iżda jixtiequ xi pubblikazzjoni tagħna, għadkom biċ-ċans li tgawdu mill-offerta speċjali ta' €5 biss għal kull ktieb. 📚✨
Bejn l-4 u t-8 ta' Novembru se nkunu qed nipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fl-MFCC, Ta' Qali. Nittamaw li narakom hemmhekk!

--------------------------------------------------------------------------

A heartfelt thank you to everyone who came to visit us and bought a book from us during Żejt iż-Żejtun! ❤️
For those who couldn't make it but would still like to get one of our publications, you still have the chance to benefit from our special offer of just €5 per book. 📚✨
From November 4th to the 8th, we will be participating in the National Book Festival held at the MFCC, Ta' Qali. We hope to see you there!



Filwaqt li l-prezzijiet tad-diesel u l-petrol madwar id-dinja dejjem jiżdiedu, il-kotba ta' Wirt iż-Żejtun qatt ma kienu...
20/10/2026

Filwaqt li l-prezzijiet tad-diesel u l-petrol madwar id-dinja dejjem jiżdiedu, il-kotba ta' Wirt iż-Żejtun qatt ma kienu daqshekk irħas!

Waqt Żejt iż-Żejtun il-kotba kollha ser jinbiegħu bi prezz speċjali ta' €5 il-wieħed. Dan mhux biżżejjed, għaliex ma kull xirja ser jingħata ktieb b'xejn.

Ejjew żuruna wara l-knisja u ħudu ħsieb li ġġibu basket magħkom għaliex b'xi ħaġa ser timlieh żgur.

______________________________________________________________________

While diesel and petrol prices around the world keep rising, Wirt iż-Żejtun's books have never been this cheap!

During the Żejt iż-Żejtun festival, all books will be sold at a special price of €5 each. That's not all, because with every purchase, a free book will be given.

Come visit us behind the church and make sure to bring a bag with you, because you will definitely fill it up!

In-Numru mija u disgħa u sebgħin (179) mis-sensiela "Nitfa Storja" - Il-Kwadru ta' Marija Omm Alla
19/10/2026

In-Numru mija u disgħa u sebgħin (179) mis-sensiela "Nitfa Storja" - Il-Kwadru ta' Marija Omm Alla

TIFKIRIET TFULITI – CD TA’ KANZUNETTI DWAR IŻ-ŻEJTUN TA’ L-IMGĦODDIĠie ppreżentat lil Kunsill is-cd TIFKIRIET TFULITI fi...
20/07/2026

TIFKIRIET TFULITI – CD TA’ KANZUNETTI DWAR IŻ-ŻEJTUN TA’ L-IMGĦODDI

Ġie ppreżentat lil Kunsill is-cd TIFKIRIET TFULITI fil-preżenza tas-sindku Joan Agius. Dan is-cd jiġbor fiħ sitt kanzunetti miktuba mill-poeta u kantant folkloristiku Żejtuni Charles Seychell. Il-mużika għal dawn il-kanzunetti ġiet miktuba minn Frederick Camilleri u l-arranġamenti mużikali saru minn Augusto Cardinali fl-istudios tieghu. Id-Direttur Artistiku tal-proġett Anthony Ellul qal li dan is-cd seħħ bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti taħt l-iskema Micro Grant u l-kanzunetti jittrattaw diversi temi relatati ma’ tifkiriet tat-tfulija ta’ Charles. Fosthom insibu Karmnu l-Iskarpan, Il-Landier tal-Kantuniera, Fil-Ħanut tan-Nannu Tiegħi u kanzunetta ddedikata lill-għannej mibki Frans Baldacchino magħruf bħala I-Budaj. Din kienet il-holma ta’ Charles li l-poeżiji tieghu jiġu mmużikati. Issa bihom jista jferraħ lil tant nies waqt diversi attivitajiet kulturali u serati u bihom ifakkar mumenti minn tfulitu fiż-Żejtun. Għal din il-preżentazzjoni kien hemm preżenti ukoll is-Sur Ruben Abela President ta’ Wirt iż-Żejtun li ukoll saritlu preżentazzjoni tas-cd.

Matul il-ġranet li ġejjin se nkunu qed intellgħu dawn il-kanzunetti fuq il-paġna tagħna.

Prosit Charles u lit-tim kollu għal din l-inizjattiva.

Address

Wirt Iz-Zejtun, PO Box 25
Iz-Zejtun

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Wirt Iż-Żejtun posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Establishment

Send a message to Wirt Iż-Żejtun:

Shortcuts

Share

Nearby bars and pubs


Other Iz-Zejtun bars and pubs

Show All