22/11/2023
Programm tal-Festa ta' Marija Immakulata – 2023
It-Tlieta 28 ta’ Novembru – L-Ewwel Salve u l-Ħruġ min-Niċċa.
F’12.00 pm il-qniepen tal-parroċċa jħabbru l-bidu tan-novena.
Fis-6.00 pm Quddiesa kantata bl-omelija mill-Arċipriet Dun Anton Cassar u wara jsir il-ħruġ tal-istatwa min-niċċa. Issegwi l-funzjoni tas-Salve u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
L-Erbgħa 29 ta’ Novembru – Jum il-Morda u Jum l-Operaturi Pastorali u l-Voluntiera tal-Parroċċa
Fil-5.15 am Nofs siegħa qabel il-quddiesa tingħad it-talba tar-Rużarju, matul in-Novena kollha.
Fis-5.45 am Quddiesa kantata tan-novena mill-Kan. Kant. Mons. Jesmond Manicaro. Wara l-Evanġelju jinseġ il-priedki tan-Novena Kan. Dun Robert Grech Kappillan tas-Swatar. Hekk ikomplu l-ġranet kollha tan-novena.
Fl-10.00 am Quddiesa għall-morda u għall-anzjani organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, iċċelebrata minn Patri Mario Attard, OFM. Cap.. Matul il-quddiesa jingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-morda. Wara ssir laqgħa soċjali.
Fis-6.00 pm Quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, l-għaqdiet Reliġjużi, Kummissjonijiet, u Voluntiera, immexxija minn Fr. Roderick Baldacchino, viċi-arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, il-Mosta. Wara ssir il-funzjoni tas-Salve u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħamis 30 ta’ Novembru – Jum l-għaqdiet soċjali flimkien mal-Kunsill Lokali u ex-ħaddiema tat-Tarzna.
Fis-5.45 am Quddiesa kantata tan-novena mill-Kan. Fr. Martin Borg.
Fid-9.15 am Quddiesa bis-sehem tal-istudenti tal-Kulleġġ De La Salle.
Fl-10.15 am Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-iskola Primarja tal-Kulleġġ Santa Margerita.
Fis-6.00 pm Quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Lokali, staff tal-polyclinic, pulizija, pustiera, il-Fondazzjoni Bormliża Persuni b’Diżabilità, l-għaqdiet politiċi, kulturali, soċjali u sportivi flimkien ma’ ex-ħaddiema tat-Tarzna. Iqaddes il-Mons. Vincenz Cachia. Wara ssir il-funzjoni tas-Salve u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ġimgħa 1 ta’ Diċembru – Jum iż-Żgħażagħ u l-Adolexxenti u Jum il-Vokazzjonijiet.
Fis-5.45 am Quddiesa kantata tan-novena minn Fr. Joshua Cortis, viċi-kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġiljan.
Fis-6.00 pm Quddiesa b’tema vokazzjonali u bis-sehem tal-membri żgħażagħ tal-Grupp Adolexxenti u Żgħażagħ, taċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944, tal-Kor Tota Pulchra, tas-Soċjetà Filarmonika San Ġorġ, u tad-Domus Piju IX. Iqaddes Kan. James Saydon, direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet Djoċesana. Wara ssir il-funzjoni tas-Salve u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Is-Sibt 2 ta’ Diċembru – Jum il-Familja.
Fis-7.00 am Quddiesa kantata tan-novena mill-Kan. Dek. Anthony Fitzpatrick
Fis-6.00 pm Quddiesa animata mill-Kummissjoni Parrokkjali Familja għall-koppji li kellhom tarbija matul din is-sena. Wara l-omelija ssir il-preżentazzjoni tat-trabi. Mistiedna wkoll il-koppji li żżewġu fl-2020 - 2021 u dawk li qed ifakkru il-5, 10, 25 u 50 sena tal-ħajja miżżewġa. Jiċċelebra l-Mons. Arċ. Emer. George Frendo.
Wara ssir il-funzjoni tas-Salve u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru - Jum it-Tfal u Jum it-Tifkira ta’ l-Inkurunazzjoni.
Fis-7.00 am Quddiesa kantata tan-novena minn Kan. Onor. Mons. Louis Suban, Prepostu tal-Parroċċa ta’ Santa Elena, Birkirkara.
Fid-9.30 am issir quddiesa għat-tfal kollha, immexxija minn Fr. Jean-Claude Schembri, Direttur Spiritwali tas-Seminarju Minuri u Direttur Nazzjonali tal-Abbatini. It-tfal li jattendu jingħataw rigal.
Fil-11.30 am quddiesa.
Fis-6.00 pm Quddiesa li fiha ssir it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari. Iqaddes il-Kan. Onor. Mons. Edgar Vella. Jinseġ id-diskors tal-okkażjoni Mons. Prof. Dr. Hector Scerri. Wara ssir il-funzjoni tas-Salve u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tnejn 4 ta’ Diċembru – Jum l-Isem ta’ Marija u Jum il-Benefatturi.
Fis-5.45 am Quddiesa kantata tan-novena mill-Kan. Onor. Fr. Reuben Micallef, Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birzebbuġia.
Fis-6.00 pm Quddiesa immexxija mill-Kan. Onor. Fr. Ruben Vella. Mistiedna b’mod speċjali dawk kollha li jisimhom għall-Madonna u l-benefatturi tas-Santwarju. Wara ssir il-funzjoni tas-Salve u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
It-Tlieta 5 ta’ Diċembru – Jum ta’ talb għall-mejtin ta’ matul is-sena.
Fis-5.45 am Quddiesa kantata tan-novena mill-Kan. Prim. Emmanuel Schembri
Fis-6.00 pm Quddiesa għal ruħ dawk kollha li mietu matul is-sena. Jiċċelebra il-Kan. Onor. Anton Galea-Scannura, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Katarina, Zejtun. Wara ssir il-funzjoni tas-Salve u Ċelebrazzjoni Ewkaristika
L-Erbgħa 6 ta’ Diċembru – L-Aħħar Salve u Jum il-Bormliżi residenti barra mill-Parroċċa
Fis-5.45 am Quddiesa kantata tan-novena mill-Kan. Onor. Joseph Stephen Mallia, Kappillan f’Detroit, l-Amerika
Fis-6.30 pm Quddiesa li fiha huma mistiedna speċjali l-Bormliżi residenti barra mill-parroċċa. Imexxi Patri Renald Lofreda, O. Carm. Wara ssir il-funzjoni tas-Salve u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Issir ukoll laqgħa soċjali fl-Oratorju.
Il-Ħamis 7 ta’ Diċembru – Lejlet il-Festa
Fis-7.00 am Quddiesa kantata u konċelebrata fl-okkażjoni tal-għeluq tan-novena, animata bil-kant tat-Te Deum u l-Antifona immexxija mill-Kan. Onor. Mons. Evan Caruana, Kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara.
Fil-5.00 pm Quddiesa bl-omelija mill-Kan. Prep. Dun Mario Sammut.
Fis-6.00 pm Transulazzjoni Solenni bir-Relikwa tal-Immakulata Kunċizzjoni, immexxija mill-Kan. Onor. Martin Borg flimkien mal-Kapitlu u s-saċerdoti Bormliżi. Din titkompla bil-kant ta’ l-Għasar, Litanija, u Barka Sagramentali.
Fis-7.15 pm Quddiesa bl-omelija minn Patri Aaron Zahra, Pirjol tal-Kunvent tad-Dumnikani, il-Birgu.
Il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru – Jum il-Festa
Fis-6.00 am Quddiesa mill-Arċ. Kan. Anton Cassar.
Fis-7.00 am Quddiesa mill-Prov. P. Jose’ Debono OCD.
Fit-8.00 am Quddiesa mill-Arċ. Kan. Karm Busuttil, Arċipriet tal-Parroċċa Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, il-Birgu, flimkien mal-Arċiprieti u l-Kappillani kollha tal-Unita’.
Fid-9.30 am Quddiesa solenni immexxija mill-Kan. Noel Camilleri D’Amato f’għeluq it-30 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali, bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ Bormla w bil-paniġierku minsuġ minn Mons. Michael Bugeja. Wara l-quddiesa titkanta l-Antifona.
Fil-11.45 am Quddiesa minn P. Michael Camilleri O.P.
Fil-5.00 pm Għasar kantat. Imexxi l-Kan. Prim. Emmanuel Schembri.
Fis-6.00 pm Purċissjoni bl-istatwa devota ta’ Marija Immakulata, immexxija mill-Kan. Prim. Emmanuel Schembri. Wara l-purċissjoni titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-kant tal-quddies tan-novena u tas-Salve jitmexxa mill-kor “Tota Pulchra”
taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Walter Tonna.
Il-mużika fit-tifkira ta’ l-Inkurunazzjoni, lejlet u nhar il-Festa tkun
tas-Surmast Carlo Diacono mmexxija minn Mro. Ray Sciberras.