15/08/2026
Fl-okkażjoni tal-festa tal-Assunzjoni ta' Ommna Marija, nawguraw xewqat sbieħ lill-ġirien, speċjalment din is-sena meta qed jiftakru li kien biss 70 SENA ILU li ħolqu IDENTITÀ OĦRA MILL-ĠDID għalihom u għad-dixxendenti tagħhom. Għax wara tant u tant snin bħala LJUNI WLIED SAN ĠORĠ, kif ukoll għal xi żmien bħala partitarji ta' San Alwiġi u San Pawl, 70 SENA ILU kissruha minn m'OMMHOM l-għażiża, IL-PARROĊĊA ĠORĠJANA fil-Belt, u sfaw iltima, biex imbagħad spiċċaw inqatgħu għalihom f’IŻOLAMENT totali fil-Kastell.
U bħalma dis-sena fakkarniehom fuq l-GĦERUQ ĠORĠJANI tagħhom, inħossuna fid-dmir li nkomplu nakkumpanjawhom fl-GĦARFIEN SĦIĦ tan-NATURA ORIĠINALI tagħhom fis-snin li ġejjin.
Għaldaqstant, lill-ġirien inħeġġuhom jerġgħu jingħaqdu magħna fil-FESTA ORIĠINALI tagħhom, sewwasew f’Lulju 2027, ħalli jkomplu jifhmu aħjar ir-RABTA DEJJIEMA mal-EWWEL IMĦABBA li qatt kellhom.
Sadattant, ejjew Stilel Ġorġjani nkomplu ngawdu din is-siegħa ta’ ħemda sajfija filwaqt li lill-ġirien inħalluhom iqisu l-VERITÀ ASSOLUTA dwar id-destin pjuttost imħarbat tagħhom hekk kif imxandra fis-servizz awdjo-viżiv tal-Ħamis tal-FESTA TAGĦNA ta' dis-sena.
Qari:George CamilleriMarion Pulvano Guelfi ZammitNoel GaleaClin...